Ivvota issa għall-aqwa disinn tal-munita kommemorattiva!

Kif tivvota:

Jekk inti ċittadin ta’, jew tgħix fi Stat Membru taż-żona euro tista’ tivvota għad-disinn li trid li jidher fuq il-munita kommemorattiva ta’ 2 euro intiża għaċ-ċirkolazzjoni li sejra tinħareġ f’Jannar 2012 mis-17-il Stat Membru kollha taż-żona euro sabiex jikkommemoraw l-10 snin anniversarju minn meta ġew iċċirkolati għall-ewwel darba l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro.

Tista’ tiklikkja fuq id-disinni sabiex tkabbarhom. Biex tivvota, kulma għandek tagħmel huwa li tiklikkja fuq il-buttuna vvota taħt id-disinn preferut tiegħek.

Imbagħad għandek timla l-informazzjoni ta’ hawn taħt. Din l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi vvalidat u rreġistrat il-vot tiegħek u biex inkunu nistgħu nikkuntattjawk jekk tintgħażel b’mod każwali minn fost dawk li jivvotaw għad-disinn rebbieħ sabiex tingħata sett ta’ muniti tal-euro ta’ valur għoli għall-kolletturi.

4

Id-drittijiet kollha riservati mill-Kummissjoni Ewropea.